It-tazza li tani l-Missier
Pietru ried jiddefendi lil Sidu sabiex ma jarrestawhx. Imma ż-żelu tiegħu kien totalment żbaljat. Infatti Ġesù waqqfu u ċanfru: “Mhux se nixrobha t-tazza li tani l-Missier?” Ikkonsidra l-ewwelnett din il-mistoqsija mill-perspettiva tal-Missier. It-tazza tat-tbatija u s-soffernzi kienet mogħtija lil Kristu minn Alla. Ġesù sejħilha “it-tazza li tani l-Missier.” Il-passjoni u l-mewt ta’ Kristu kienu fil-pjan etern t’Alla. Kien il-Missier li bagħat lil Ibnu sabiex ikun il-ħaruf tas-sagrifiċċju. Bla ma kien jaf, Pietru kien qed jeħodha kontra l-pjan divin tal-fidwa tal-bniedem. It-tieni, mill-perspettiva tal-Iben. Kieku Ġesù rrifjuta t-tazza offruta lilu, kien ikun diżubbidjenti lejn Alla bħalma kien għamel l-ewwel bniedem. Fil-ġnien tal-Għeden, Adam kien jaf il-kmandament t’Alla, u qal le, dineb, u ġab saħta u tant miżerja fuq l-umanità. Fil-ġnien taż-Żebbuġ, Ġesù qal iva lill-Missier, avolja l-ubbidjenza tiegħu kienet tfisser tant tbatija għalih, u b'hekk kiseb ir-rikonċiljazzjoni u l