Posts

Showing posts from June, 2010

Għaliex it-Tbatija, Mulej?

Image
Għaliex il-mard, l-uġigħ u l-mewt? Ladarba tista’ kollox, ladarba inti ħanin u twajjeb, għaliex, Mulej, tibqa’ ma tfejjaqx? Forsi ma tismax il-karba tal-marid, jew ma tarax id-dmugħ fuq ħaddejna? Inti l-Ħallieq tas-sema u l-art; fil-bidu ħlaqt kollox tajjeb, lilna sawwartna fuq xbieha tiegħek, sejjaħtilna biex ingawdu xirka miegħek, u wissejtna bis-sħiħ li d-dnub inissel il-mewt. L-ewwel ġenituri tagħna m'obdewkx u ħaduha kontra tiegħek; l-istess aħna, bi dnubietna, komplejna nirribellaw kontra min għamilna. Għalhekk illum madwarna ma narawx il-ġnien sabiħ tal-bidu, imma xewk, nixfa u taħsir. Fadal ftit mis-sabiħ tal-Għeden biex ifakkarna fit-tjieba ħelwa tiegħek. Imma issa l-ferħ huwa mħallat man-niket; mas-saħħa, il-mard; mal-ħajja, il-mewt -- biex ma ninsew qatt kemm hu ikraħ f’għajnejk id-dnub, u kemm hu morr il-frott tiegħu. Kont wissejtna fil-bidu, u terġa’ twissina llum. Jekk nibqgħu bla ndiema, hemm tbatija agħar, l-infern, in-nar li ma jintefiex. Għallimni, Mulej,