Posts

Showing posts from July, 2010

Il-faraġ fil-mewt

Image
Aktar ma nikber fiż-żmien aktar nirrealizza li l-vjaġġ qasir tiegħi f'din id-dinja għad jasal fi tmiemu. Nistqarr li mhux dejjem għamilt it-tajjeb, u mhux dejjem obdejt ‘l Alla. Il-ħsieb li jien, midneb, irrid nidher quddiem Alla ġust u qaddis hu tassew tal-biża’. X’tama jista’ jkolli jien fuq is-sodda tal-mewt biex immut fil-paċi? Il-patri Benedittin, Anselmu ta’ Canterbury, jindirizza lil moribond f’sensiela ta’ mistoqsijiet u tweġibiet - Mistoqsija : Temmen li il-Mulej Ġesù Kristu miet għalik? Tweġiba : Iva, nemmen. Mistoqsija : Tirringrazzjah għall-passjoni u l-mewt tiegħu? Tweġiba : Iva, nirringrazzjah. Mistoqsija : Temmen li ma tistax issalva ħlief bil-mewt tiegħu? Tweġiba : Iva, nemmen. Ladarba jikkonferma li tassew jemmen fi Kristu, Anselmu jfarrġu b’dan il-kliem: “Ejja mela, sakemm għad fadal fik in-nifs, ħa jkollok fiduċja sħiħa fil-mewt tiegħu biss, ħa ma jkollok ebda fiduċja f’xejn aktar, afda lilek innifsek f’mewtu, b’mewtu għatti lilek innifsek, u j