Posts

Showing posts from August, 2010

L-Istima Għolja ta’ Ġesù għall-Iskrittura

Image
Qed ngħixu fi żmien li fih l-Bibbja hi attakkata minn kull naħa, sikwit minn dawk li jsejħu lilhom infushom Nsara. Imma x’kien jaħseb Ġesù fuqha? Kien jaħseb li fija ineżatezzi u żbalji? Jew kien iqisha bħala blata soda ta’ min joqgħod fuqha? Dawk minna li nsejħu lilna nfusna segwaċi ta’ Kristu għandna ħafna x’nitgħallmu mill-attitudni tal-Imgħallem għall-Kotba Mqaddsa. Blata Soda Ġesù kellu l-ogħla rispett lejn l-Iskrittura. Fid-diskors tal-muntanja, Ġesù ma biddel xejn mit-tagħlim tat-Testment il-Qadim, imma saffih mit-tifsira żbaljata u ż-żieda tal-għalliema Lhud. ‘La taħsbux li ġejt biex neqred il-liġi, jew il-profeti: jien ma ġejtx biex neqred iżda biex inwettaq. Għax tassew ngħidilkom: sakemm jgħaddu s-sema u l-art, jota waħda jew nitfa waħda ma titneħħiex mil-liġi, sama jseħħ kollox’ (Mattew 7:17,18). Skond Ġesù xejn mit-tagħlim tal-Bibbja ma jista’ jiġi nieqes, u kulma kien profetiżżat dwaru kien se jitwettaq kollu. ‘Jeħtieġ li jseħħu l-ħwejjeġ kollha, li nkitbu f