Posts

Showing posts from September, 2010

Marija, Id-Dixxiplu ta’ Kristu

Image
“Kull nisel isejjaħli hienja.” Hemm żewġ raġunijiet ewlenin għaliex Marija hi mbierka għal dejjem. Sant Wistin jgħid hekk dwarha f’waħda mill-priedki tiegħu: “Ħarsu ħuti, u aħsbu sew, nitlobkom, fuq dak li qal Kristu l-Mulej meta medd idu lejn id-dixxipli, ‘Dawn, araw, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi’ (Mattew 12:49, 50). M’għamlitx il-verġni Marija r-rieda tal-Missier? Irrid ngħid, hi emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula mir-razza umana biex tkun hi li minnha jitwieled is-salvatur; hi kienet maħluqa minn Kristu qabel Kristu tnissel fiha. Iva, tassew, l-imqaddsa Marija wettqet ir-rieda tal-Missier. U għalhekk, għal Marija ifisser aktar li kienet dixxiplu ta’ Kristu milli kienet omm Kristu. Hija barka akbar għaliha li kienet dixxiplu ta’ Kristu milli għax kienet ommu. Għalhekk Marija kienet mbierka, għax anke qabel welldet, hi ġarret l-imgħallem tagħha f’ġufha.  “Araw jekk dak li q