Posts

Showing posts from November, 2010

Ftaħir jew Fiduċja

Image
Hemm periklu li tkun reliġjuż. Huwa sewwa li tgħix tajjeb, titlob u tmur il-knisja, imma huwa ħażin meta tibda taħseb li int xi ħaġa u tara lil oħrajn dubbien. Darba Ġesù qal parabbola lil “x’uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma nies sewwa u kienu jżebilħu l-oħrajn” (Luqa 18:9-14). Mela żewġt irġiel telgħu fit-tempju jitolbu. Wieħed kien Fariżew, meqjus minn kulħadd bħala raġel tar-ruħ u li jimxi skond il-liġi; l-ieħor, il-publikan, ma tantx kellu fama tajba. Il-Fariżew qagħad bil-wieqfa jitlob fih innifsu, “O Alla niżżikħajr li miniex bħan-nies l-oħra, ħattafin, bla ħaqq, adulteri, jew ukoll bħal dan il-publikan. Insum darbtejn fil-ġimgħa u nagħti l-għexur ta’ kulma għandi.” Qagħad jiftaħar quddiem Alla bil-CV reliġjuż u morali tiegħu. L-ieħor, miskin, ma tantx kellu kwalifiki! Waqaf il-bogħod u ma riedx biss jerfa’ għajnejn lejn is-sema. Talab biss, “O Alla, kun ħanin miegħi midneb.” Ma liema wieħed minn dawn it-tnejn tqabbel lilek innifsek? Forsi wieħed jirrispondi,