Posts

Showing posts from February, 2011

X-Ray ta' Ruħna

Image
Jinżlulna għasel il-kumplimenti u t-tifħir, imma l-kritika xxerraqna. Mill-ewwel noqomsu, naqgħu fuq id-difiża u nieħdu għalina. Madankollu, bħal mediċina morra li kienet tagħtini ommi meta kont żgħir, il-kritika taf tkun aktar bżonjuża mid-dlik bix-xemgħa. Speċjalment jekk tkun ġejja mill-Imgħallem tagħna Ġesù. Meta l-Mulej iqiegħed sebgħu fuq il-ferita, xorta waħda nweġġgħu, imma nistgħu nserrħu moħħna li l-kritika tiegħu hi vera u ġusta, u li l-mottiv u l-għan tiegħu huwa għall-ġid tagħna. Darba minnhom, waqt li kien qed jgħallem fuq it-talb, Ġesù qal hekk: “Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?” Innottajt x’sejħilna? Bla tlaqliq xejn, Ġesù jgħid li aħna ħżiena. Ħżiena! Forsi tgħidli li mhux qed jgħid għal kulħadd, li ma tistax tiġġeneralizza, li filwaqt li hawn nies ħżiena, hawn ħafna nies tajbin ukoll, li ma tistax tkun daqshekk negattiv! Huwa inter