Posts

Showing posts from May, 2011

Fil-Għadab Ftakar fil-Ħniena

Image
Meta kont żgħir kont pittma għall-ikel. Illum niekol kollox (minbarra l-kirxa), u nixxennaq għal platt minestra bil-ġbejniet friski kif kienet taf tagħmel ommi. Fir-reliġjon nafu nkunu pittma wkoll. Nagħżlu dak li jogħġobna u nwarrbu dak li ma jdoqqx għal widnejna. Pjaċevoli l-idea li Alla huwa mħabba, imma nitqarrsu jekk xi ħadd isemmi l-għadab t’Alla. Ir-rabja u Alla ma jmorrux flimkien, għallanqas dak ‘alla’ immaġinarju li bħall-idoli tal-qedem naqqaxna, mhux bl-iskalpell fil-ġebel, imma fi ħsibijietna. Madankollu Alla li naqraw fuqu fil-Ktieb, kif wera lilu nnifsu, hu Alla li jħobb u jirrabja wkoll. Meta nirrabjaw aħna sikwit nitilfu l-kontroll u niżbaljaw – taqbżilna u wara jiddispjaċina għal dak li nkunu għidna u għamilna. Mhux hekk il-korla t’Alla. Ir-rabja tiegħu hi ġusta, qaddisa u f’waqtha. Kif tista’ r-rabja tkun ġusta? Liema omm ma ssirx tigra jekk taqbad lil xi ħadd jabbuża minn uliedha? Ikollok raġun tisħon jekk xi ħadd jisirqek jew jaqla’ l-malafami fuqek? Je