Posts

Showing posts from June, 2011

Rabta bl-Ilsien

Image
Iż-żwieġ bħaċ-ċurkett. Prezzjuż. Imma jista' jintilef u ma jerġax jinstab. Is-snin li ili miżżewweġ kienu l-isbaħ żmien ta’ ħajti, u nittama li l-futur ikun aħjar. M’għandi ebda delużjoni li bilfors kollox jibqa’ miexi ward u żahar. Naf li jien u marti se niffaċċjaw aktar provi u tiġrib bħal ma kellna s’issa, jekk mhux akbar. Naf ukoll li aħna dgħajfin u suġġetti għall-iżball bħal kulħadd. Nirringrazzja 'l Alla għall-ġenituri tiegħi għall-mudell taż-żwieġ li wrewni. Missieri ma kienx raġel ta’ skola u ma jidhirlix li attenda wisq seminars fuq id-dinamika taż-żwieġ. Kien jgħid biss li “ż-żwieġ hu rabta bl-ilsien li ma tinħallx bis-snien!” Missieri kien jibża’ minn Alla. Għex għal aktar minn ħamsin sena m’ommi biex iwettaq il-wegħda li kien għamlilha dakinhar tat-tieġ: li jkun fidil lejha fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, fis-saħħa u fil-mard, u li jħobbha u jirrispettaha tul ħajtu kollha. Kellhom il-problemi tagħhom imma ma kienx jgħaddilhom minn moħħhom li jaqbdu ħwejjiġh