Posts

Showing posts from August, 2011

L-Arti Sagra

Image
L-arti sagra taf tkun espressjoni sabiħa tal-fidi Kristjana. Imma taf tkun ukoll nsaba u tfixkil spiritwali jekk tintuża ħażin. L-Iskrittura ma tipprojbixxix il-pittura u l-istatwi. Infatti Alla stess ikkmanda lil Mosè jagħmel serpent tal-bronż u immaġni ta’ żewġ kerubini fuq l-arka. Tassew li l-kmandament jgħid, ‘La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta’ ebda ħaġa li hemm fl-għoli tas-sema, jew isfel fl-art, jew fil-baħar taħt l-art.’ L-Iskrittura tkompli tispjega l-użu ħażin tagħhom, ‘La tmilx quddiemhom, u la tadurahomx, għaliex jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur’ (Esodu 20:5-6). Mela s-sens ta’ dan il-kmandament huwa li m’għandniex nagħmlu statwi biex immilu quddiemhom u nqimuhom. L-istatwi jsiru idoli meta jsiru oġġetti ta’ qima, jew meta ninsew li huma biss xbihat u nibdew inqisuhom b’mod superstizzjuż, bħallikieku l-istatwa għandha xi qawwa mirakoloża fiha nfisha. Bħalma raġel bir-raġun jgħir għal martu jekk tibda tagħti wiċċ raġel ieħor, hekk Alla jiddis