Posts

Showing posts from September, 2011

Mamà, xi tfisser ‘grace’?

Image
Meta filgħaxija ddaħħal it-tifel fis-sodda, il-mamà tgħidlu xi storja, titlob miegħu, u fl-aħħar tkantalu xi għanja wkoll. Waħda mill-għanjiet favoriti ta' John hija l-ewwel strofa ta’ Amazing Grace. Amazing grace, how sweet the sound That saved a wretch like me. I once was lost but now am found, Was blind, but now I see. Tista’ tgħid li tgħallimha bl-amment, imma din il-ġimgħa hekk kif bdiet tkanta, John waqqafha u staqsieha, ‘Mama, x’inhi grace’? Aħna l-Insara sikwit insemmu l-grazzja t’Alla, u fil-qari tal-Iskrittura ta’ spiss niltaqgħu ma’ din il-kelma. Xi tfisser eżattament ‘grazzja’? L-Appostlu San Pawl jagħtina tixbiħa sempliċi u ċara. ‘Il-ħlas lil min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir, imma b'dejn’ (Rumani 4:4). P.P. Saydon jittraduċi l-istess vers, ‘Min jaħdem, il-ħlas ma jingħaddlux bi grazzja, imma bħala dejn.’ X'tgħid jekk fl-aħħar tax-xahar l-employer jgħid lill-ħaddiem, ‘Ħa nagħmillek pjaċir u nagħtik u l-paga’?! Il-ħaddiem għandu dritt jitħallas għal ħidmi