Posts

Showing posts from October, 2011

Alla Mhux Vending Machine!

Image
Qatt irċivejt xi chain letter? Ġeneralment dawn il-messaġġi jinkludu xi talba, wegħda jew theddida, u appell biex tibgħata lil nies oħra. Qabel kienu jintbatu bil-posta, imbagħad b'email, u issa fuq facebook u messenger. Dawn it-tip ta’ messaġġi mhumiex espressjoni tal-fidi Kristjana. Huma twemmin superstizzjuż mingħajr ebda bażi fil-Kelma t’Alla. Alla qatt ma wiegħdna li żgur iweġibna jekk nirrepetu talba partikolari u nibgħatuha lil ċertu numru ta’ nies. Dawn il-ħrejjef huma biss l-istħajjil ta’ min ivvinthom u ta’ dawk li jkomplu jxerrduhom minħabba l-biża’ jew għal xi raġuni oħra. Xejn ma timpressjonani x-xhieda ta’ x’uħud li jgħidu li qalgħu grazzja skont kif kien hemm miktub fl-ittra. Ladarba tintbagħat lil eluf ta’ nies, hemm ċans tajjeb li xi wħud jinzertaw jolqtu l-likk. L-esperjenza tagħhom ma tibdel xejn mill-fatt li l-wegħda hi falza. Hemm minn jemmen li nagħla ta’ żiemel ukoll iġġib ‘good luck’ – u xi wħud minnhom ukoll kultant tiġihom tajba. Mill-banda l-oħr