Posts

Showing posts from November, 2011

Il-Ħidma t’Alla u l-Opri Tagħna

Image
Ħadd qatt ma jista' jiftaħar li kiseb is-salvazzjoni bl-opri u l-ħila tiegħu. L-Iskrittura tgħid ċar: ‘Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b'don ta' Alla; mhux bl-opri , biex ħadd ma jiftaħar’ (Efesin 2:8-9). Xi ngħidu mela, li aħna l-Insara m’għandniex bżonn nagħmlu t-tajjeb ladarba m’aħniex salvi bl-opri? Jew forsi li nistgħu nibqgħu ngħix fid-dnub? Allaħares! Ideat bħal dawn huma ċ-ċaħda tal-evanġelju għax l-istess Skrittura tkompli tgħid, ‘Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu Ġesù biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu’ (Efesin 2:10). Ħafna drabi l-iżball iseħħ għax issir enfasi fuq verità partikolari tant li tkun injorata jew miċħuda verità oħra. Din l-iskrittura tħarisna min ideat estremi dwar il-ħidma t’Alla u l-ħidma tagħna fis-salvazzjoni. L-ewwelnett ninnotaw li s-salvazzjoni mhix bis-saħħa tagħna, ‘mhux bl-opri’. Alla mhu midjun ma’ ħadd. Ma jsalvaniex bi ħlas għall-għem