Posts

Showing posts from December, 2011

DVD tal-Futur

Image
It-tifel issa dalwaqt jagħlaq erba’ snin. Dan l-aħħar John talabna xi ħaġa mhix tas-soltu. Ried jara video tal-futur! Kien qed jara DVD ta’ meta kien għadu tarbija tat-twelid. Affixina ruħu jara lil ommu tqila u lilu nnifsu daqs naqra. X’ħin spiċċa qalilna, ‘Mama nara DVD John kbir.’ Nimmaġina li rraġuna: ladarba nistgħu naraw il-passat, għaliex ma nistgħux naraw il-futur ukoll? Interessanti, imma għalissa għadu ma jistax jarah għax dak id-DVD għadna qed naħdmu fuqu. Hemm diversi films fittizji fuq il-futur, imma hemm wieħed li huwa veru u ġenwin. Alla, l-awtur tal-istorja u li jaf it-tmiem mill-bidu, tana album b’diversi xeni mill-passat u oħrajn li għad iridu jseħħu. Fil-Bibbja għandna ritratt mill-isbaħ taż-żjara ta’ l-Iben etern t’Alla fid-dinja meta twieled mill-verġni mbierka. Ritratti oħra juru l-imħabba u l-qawwa ta’ Ġesù speċjalment fl-għemejjel ta’ ħniena u fil-mirakli li għamel. Naraw ukoll xeni koroh tal-passjoni u l-mewt tiegħu fuq is-salib. L-aħħar ritratt f’dan l-album