Posts

Showing posts from January, 2012

Bħat-Tfal Żgħar

Image
It-tfal żgħar jiddependu għalkollox fuq il-ġenituri tagħhom. Missierhom u ommhom jipprovdulhom x’jieklu u x’jixorbu, ilibbsuhom u jagħtuhom kenn, affezzjoni u kull ma jeħtieġu. Mhux ta’ b’xejn li t-tfal żgħar jafdaw lill-ġenituri tagħhom. Darba t-tifel tiegħi John kien qiegħed jilgħab fil-ġnien tan-nannu. Kellu ftit aktar minn sena għax kien għadu kemm telaq jimxi. Aljenajt rasi għal żewġ minuti u bla ma naf kif, it-tifel irnexxielu jitla’ fuq il-kamra tal-għodda. It-tifel kien fil-periklu li jaqa’ għal isfel u jweġġa’. Mort malajr taħtu, ftaħt idejja u għidtlu, ‘John, ejja!’ It-tifel ma ħasibhiex darbtejn. Fil-pront qabeż għal isfel u jien ilqajtu f’dirgħajja. Ma nafx x’għadda minn moħħu, imma evidentement it-tifel kien żgur li jien ma kontx se nidħaq bih u li kont b’saħħti biżżejjed biex nilqgħu. Jew forsi ma ħaseb xejn - sempliċement emmen fija u obdieni. Mhux dan li ried ifisser l-Imgħallem meta qalilna li jeħtieġ li nsiru bħat-tfal? ‘Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma t