Posts

Showing posts from February, 2012

B'liema Prezz?

Image
X’tagħtuni, staqsa Ġuda, biex nagħtikom lil Ġesù? Ma titwemminx! Kif jista’ jkun li bniedem jasal biex ibiegħ lil ħabibu? Kif jista’ jittradixxi lill-Imgħallem tiegħu minkejja li qatt m’għamillu l-iċken deni, u li minnu ħlief ġid u mħabba ma rax? Ġuda biegħu għal tletin biċċa tal-fidda – biċċa tal-fidda kienet tiswa madwar 200 ewro. Tletin biċċa jiġu bejn wieħed u ieħor €6000. Għal daqshekk biegħu lil Ġesù – x’biċċa negozju miżerabbli! Kif tbiegħ lil Dak li hu imprezzabbli għal borża flus? Ma kinitx storja ta’ darba. Sal-lum ħafna għadhom, għall-imħabba tal-flus, ibiegħu u jittradixxu lil Ġesù. Għandhom wisq x’jagħmlu. Imħabbtin wisq bix-xogħol, bil-part-time u bil-business. M’għandhomx ħin għalih. Żgur ma jriduhx fin-nofs meta jidħol negozju u ħlas ta’ VAT u taxxi. B’hekk idaħħlu fil-but ftit aktar karti, waqt li jħallu barra minn qalbhom lil Dak li jista’ jagħnihom b’teżori li jibqgħu għall-ħajja ta’ dejjem. Jien ukoll, li nqis lili nnifsu dixxiplu ta’ Krist