Posts

Showing posts from April, 2012

In-Niket ta' Ġesù f'Ġetsemani

Image
Magħsar taż-żejt tal-ġebel, fid-Domus Romana, ir-Rabat.   M’ilux ħadna t-tfal jaraw id-Domus Romana, ir-Rabat. Fuq barra hemm magħsar tal-ġebel, kif jidher fl-istampa, li kien jintuża għall-għasir taż-żebbug. Bl-Aramajk, il-magħsar taż-żejt kienu jgħidulu ‘Ġetsemani’. Min jaf jekk il-ġnien tal-Ġetsemani, li kien jinsab f’riġlejn l-Għolja taż-Żebbuġ, kienx jismu hekk għax fih kien hemm xi magħsar bħal dan? Lejlet li bata, Ġesù mar fil-ġnien tal-Ġetsemani u hemmhekk offra talb u tħannin b’għajjat qawwi u dmugħ lil dak li seta’ jsalvah mill-mewt. Tliet darbiet Ġesù talab lil Missieru jeħilsu minn dik is-siegħa, ‘O Missieri, jekk jista’ jkun, ħa jitwarrab minni dal-kalċi: iżda mhux kif irrid jien, imma kif trid int’ (Mattew 26:39). X’kien qed ibeżża’ lil Ġesù? X’nikktu tant f’dik is-siegħa? X’ġegħlu jintefa’ għal wiċċu fl-art? Għaliex għaraq l-għaraq tad-demm? Ma naħsibx li kienu biss is-swat, id-daqqiet, it-toqol tas-salib, l-imsiemer, il-kuruna tax-xewk, l-għatx, l-agunija, it-tm