Posts

Showing posts from June, 2012

Appuntament mat-Tabib

Image
Waqt li kont qed insuq bit-tifel bilqiegħda fuq wara u mħażżem sewwa bis-seat belt, staqsejtu, ‘John, għaliex għandna nħobbu lil Ġesù?’ ‘Għax għamel id-dinja,’ weġibni b’ħafna entużjażmu, ‘u s-siġar.’ ‘X’aktar?’ ‘Jagħtina nieklu u jagħtina nilbsu.’ ‘Bravu, u għaliex inħobbuh aktar?’ erġajt staqsejtu, bix-xewqa li forsi jagħtini raġuni aktar spiritwali. ‘Għax għamlilna l-patata biex inpoġġu fuqha ... u jagħtina siġġu.’ Provajt ma nidħaqx. ‘John,’ komplejt, ‘Lil Ġesù inħobbuh għax jaħfrilna meta nagħmlu xi ħaġa pastaża.’ ‘Bħal ma jagħmel ...’ - u semmieli wieħed minn sħabu fil-klassi tal-kindergarten li sikwit jispiċċa ‘corner’ jew kif jgħidu llum, fuq it-‘thinking chair’. John m’għandux diffikultà biex jara l-ħażin f’ħaddieħor, imma jbati biex jagħrfu fih innifsu. Ħafna minna għandna l-istess problema. Malajr naraw id-dnub f’ħaddieħor, u nikkundannawh, imma d-dnub fina, peress li hu tant fil-viċin, ma narawhx. Forsi għalhekk ħafna nies ma japrezzawx biżżejjed lill-