Posts

Showing posts from July, 2012

Missierna li Inti fis-Smewwiet

Image
Hekk kif ħriġna bit-tarbija il-ġdida mill-isptar bqajna sejrin dritt Għawdex nuruha lil ommi. Ħassejt għafsa ta’ qalb x’ħin għaddejna minn quddiem iċ-ċimiterju fejn hemm midfun missieri. Ara kemm kien jieħu gost b’Mari kieku kien għadu ħaj! Kelli l-privileġġ inkun maġenbu l-ITU dakinhar li qaleb għall-agħar. Ftit qabel intilef minn sensih lissen it-talba tal-Missierna kif kien mdorri jagħmel qabel jorqod. Din id-darba wara li sejjaħ ‘l Alla ‘Missierna li inti fis-smewwiet’qam biex jiltaqa’ ma’ Dak li ħabb u emmen fih. Kemm huwa privileġġ kbir li lill-Ħallieq u s-Sid ta’ kollox nistgħu nersqu lejh bil-kunfidenza ta’ wlied u nsejħulu ‘Missierna’. Hekk għallimna nitolbu Ġesù. Kien permezz tal-fidi fih li sirna wlied Alla. L-Iskrittura tgħallimna li Ġesù “ġie f'daru, u niesu ma laqgħuhx, imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f'ismu” (Ġw 1:11,12). Sfortunatament sal-lum għad hawn ħafna nies li ma jilqgħuhx, forsi għax imħabbtin wisq bix