Posts

Showing posts from October, 2012

Aktar Ferħan Min Jagħti

Image
Binti Elizabeth tbus lin-nanna. Ġie f’idejja studju interessanti li juri li t-tfal żgħar jifirħu aktar meta jagħtu xi ħaġa lil ħaddieħor milli meta jaqilgħu xi rigal huma. Mhux biss, din ir-riċerka turi wkoll li dawn it-tfal kienu l-aktar ferħana meta taw mill-affarijiet tagħhom stess. Qabel kienu saru studji simili fost l-adulti u t-tfal akbar li wkoll juru l-istess ħaġa; dawk li huma l-aktar ġenerużi huma wkoll aktar ferħanin. M’hemmx xi ngħidu, kulħadd jixtieq ikun ferħan, imma min ħsiebu biss biex jiġbor għalih innisfu, ma jsibx il-ferħ mixtieq. L-ewwel jeħtieġ jitgħallem jiftaħ qalbu u jdejh għal ħaddieħor biex isib il-ferħ. L-istudji xjentifiċi hekk juru, u aktar importanti, l-istess qal l-Mulej Ġesù, ‘Min jagħti hu aktar hieni minn min jirċievi’ (Atti 20:35). Din il-verità trid tesperjenzaha biex temminha. Għandna kemm irridu opportunitajiet biex nagħtu – mhux biss flus, imma wkoll mill-ħin u l-ħiliet tagħna, jew donazzjoni tad-demm. Il-bieraħ waqqfitni mara fil-kuritur