Posts

Showing posts from November, 2012

Ħsibijiet minn tal-Ibraġġ

Image
Ommi man-neputija Tal-Ibraġġ, ir-Rabat, Ghawdex.  Tlajna Għawdex inżuru lil ommi fir-Residenza Sant’ Anna. Din id-dar u l-Isptar Ġenerali huma mibnija fuq qasam tal-art li konna nafuha bħala Tal-Ibraġġ. Fakkart lil ommi kemm kienet toħroġ in-nagħaġ jirgħu hemmhekk ħafna snin ilu. Għalkemm ma tistax tikellem, wiċċha xegħel bit-tifkiriet ta’ dari. Wara l-ikla ta’ nofsinhar kienet terħilha lejn Tal-Ibraġġ, tpoġġi fuq ġebla taħdem is-suf u tgħid kelma ma’ xi nisa oħra, waqt li n-nagħaġ kienu joqogħdu jieklu l-ħaxix frisk. Kultant xi nagħġa kienet titbiegħed u titlaq għal rasha; ommi kienet tmur warajha u ġġibha lura. X’ħin kien isir il-ħin kienet tgħajtilhom b’isimhom u tmexxihom lura lejn l-irdoss tad-dar. Magħha n-nagħaġ ma kien jonqoshom xejn. Aħna wkoll, bħan-nagħaġ ta’ ommi, għandna bżonn min imexxina u jitma’ lil ruħna. Għandna bżonn minn iħarisna mill-periklu u jġibna lura meta nagħmlu ta’ rasna u naqbdu triq b’oħra. Aħna wkoll neħtieġu is-sliem u s-sigurtà fost l-inċertezz