Posts

Showing posts from January, 2013

Qalb Bla Misrieħ

Image
Il-qalb umana qisha bir bla qiegħ. Ma timtela b’xejn u ma tissodisfa ruha qatt. Inkunu ilna mxennqin għal xi ħaġa – karozza, dar, impjieġ, promozzjoni - u hekk kif naqbduha f’idejna is-seħer tagħha jisparixxi. Il-ħwejjeġ materjali mhumiex biżżejjed. Kollega tiegħi kien ħiereġ għax-xogħol u bintu riditu jibqa’ magħha. Qalilha li jekk ma jmurx ix-xogħol ma jkollhomx flus biex jixtrilha t-toys. It-tifla weġbitu, "Toys għandi biżżejjed. Aħjar toqgħod miegħi, Papà." Anke tifla ċkejkna tifhem li l-imħabba hi aħjar minn ħwejjeġ materjali. Il-bniedem jgħix bl-imħabba. Hekk aħna magħmulin. Lill-familja u l-maħbubin tagħna għandna nagħtuhom prijorità u nitgħallmu ngawduhom aktar u aktar. Imma anke dan mhux biżżejjed. Il-qalb tixxennaq għall-akbar Imħabba, kif talab Sant Wistin, "Ħlaqtna għalik, Mulej, u qlubna bla mistrieħ sakemm ma jistriħux fik." Ħasra li mħabbtin u aljenata b’tant xogħol, divertiment u ħwejjeġ materjali, ħafna nies ma jesperjenzaw qatt it-tjieba u l-ħl