Posts

Showing posts from February, 2013

Bħallikieku kont jien

Image
Minn jaf x’għadda minn moħħ dan ir-raġel, Onesimu, waqt li kien sejjer minn Ruma lejn il-belt Griega ta’ Kolossi. Kien seraq lil sidu u ħarab, u issa kien sejjer lura għandu. Forsi ħaseb, ‘Min jaf jekk jilqagħnix bis-sewwa? Jew jikkastigani kif issoltu jsir meta skjav bħali jaħrab.’ Għamel kuraġġ biss għax fuqu kellu ittra qasira x’jurih. Meta ħarab kien mar Ruma u hemmhekk iltaqa’ mal-appostlu Pawlu, ikkonverta u sar Nisrani. L-appostlu kien jaf li Onesimu kellu jmur lura biex jirranġa l-kontijiet ma’ sidu. Tah f’idejh ittra, li aħna nafuha l-Epistola lil Filemon, u bagħtu għal għonq it-triq. Fl-ittra kitiblu, ‘Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien! Jekk naqsek f’xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi’ (Fil 1:17, 18). L-appostlu Pawlu jagħti raġuni doppja lil Filemon biex jaħfer u jagħti merħba lill-qaddej tiegħu minkejja dak kollu li kien għamel. Jitolbu biex jaħfirlu filwaqt li jwiegħdu li hu kien lest jagħmel tajjeb għalih. ‘Ixħet