Posts

Showing posts from March, 2013

Agħtu lil Ċesari

Image
  X'inhu r-rwol tal-Insara fis-soċjetà, speċjalment fir-responsabilità tagħna lejn il-mexxejja ċivili? Alla ħatar it-tmexxija ċivili għal ġid ta’ kulħadd (Rumani 13:1-7). Allaħares kulħadd jitħalla jagħmel li jrid għax kieku nsiru ġungla. Ladarba l-mexxejja huma maħturin minn Alla, aħna għandna nirrispettawhom u nobdu l-liġijiet tal-pajjiż – kemm waqt li qed insuqu u meta nkunu qed inħallsu t-taxxa u l-VAT. Meta niksru l-iċken regolament tat-traffiku fil-fatt inkunu qed noħduha kontra r-rieda t’Alla. Aktar minn hekk, aħna msejħin biex nagħtuhom ġieħ. Għandna nirrispettawhom mhux għax qatt ma jiżbaljaw jew għax ġejjin mill-partit favorit tagħna, imma minħabba s-sejħa tagħhom. Minn fomm in-Nisrani m'għandux joħroġ kliem ta' disprezz, redikolu jew mibgħeda lejn il-politiċi. Il-politiċi għandhom xogħol diffiċli u tant importanti biex f’pajjiżna jkollna l-ġid, ġustizzja u l-paċi. Huma tad-demm u laħam bħalna, u suġġetti għall-iżball. Mal-awtorità għandhom ħafna tiġrib. Għalhe