Posts

Showing posts from April, 2013

L-Għid ma jgħaddix

Image
Joanne ppreparat ftit ħelu biex it-tifel jagħtihom lil sħabu tal-klassi fl-aħħar ġurnata qabel jibdew il-vaganzi tal-Għid. John qal lil ommu, “Mamà ma nistax nagħtihom lit-tfal għax illum mhux l-Għid.” “Veru,” qaltlu ommu, “imma għalina kuljum l-Għid,” u kompliet tispjegalu li Ġesù qam mill-mewt u li huwa dejjem ħaj. Imma John m’għoġbitux l-implikazzjoni ta’ Għid perpetwu! “Mamà allaħares kuljum l-Għid għax kieku żaqqi ssir daqshekk biċ-ċikkulata,” waqt li b’idejh miftuħin urieha żaqqu qisha ta’ mara tqila. Ma jieħux gost bina l-miżien jekk ta’ spiss nieklu l-figolli u l-bajd tal-Għid, imma għal ruħna jagħmlilna ħafna ġid jekk ngħixu ta’ kuljum fid-dawl tal-qawmien ta’ Ġesù, l-Imgħallem tagħna. L-ewwelnett, il-qawmien huwa l-garanzija tal- maħfra sħiħa t’Alla. L-Iskrittura tgħallimna li Ġesù ‘ngħata għal dnubietna u kien imqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna’ (Rum 4:25). Alla wera li laqa’ s-sagrifiċċju ta’ Ibnu bi tpattija għal dnubietna billi qajjmu minn bejn l-imwiet. Al