Posts

Showing posts from July, 2013

Ilbies għall-Okkażjoni

Image
Il-ħolm interessanti. Kultant noħlom li qed intir u nħossni ħafif bħal għasfur. Drabi oħra inħossni skomdu anke fil-ħolm, bħalma meta noħlom li nkun ħafi jew ma nkunux liebes xieraq għal xi okkażjoni. F’waħda mill-parabboli tiegħu Ġesù jirrakkonta kif wieħed sultan għamel festa tat-tieġ għal ibnu. Meta s-sultan daħal biex jiltaqa’ mal-mistednin, intebaħ li kien hemm wieħed li ma kienx liebes sew għat-tieġ. Qallu, ‘Ħabib, kif ġejt hawn ġew meta ma għandikx libsa tat-tieġ?’ Ir-raġel tbikkem. Is-sultan ordna li jintefa’ ‘l barra. Biex nidhru fil-preżenza qaddisa t’Alla aħna wkoll jeħtieġ inkunu lebsin xieraq. Hu li hu ġust jixraqlu li nersqu quddiemu lebsin bil-ġustizza. Fil-gwardarobba spiritwali hemm żewġt ilbiesi. Il-Bibbja ssejħilhom ‘il-ġustizzja tagħna’ u ‘il-ġustizzja t’Alla.’ Fuq il-ġustizzja tagħna l-Bibbja tgħid li aħna ‘sirna lkoll bħal wieħed imniġġes, u s-sewwa kollu tagħna sar bħal ċarruta maħmuġa’ (Isaija 64:6). Din hi l-ġustizzja ‘tagħna’ għax naħdmu għalija aħna