Posts

Showing posts from August, 2013

Alla ma Jistax ikun Inġust

Image
Hemm xi ħwejjeġ li Alla ma jistax jagħmel. Alla ma jistax jigdeb (Lhud 6:18); ma jistax jiċħad lilu nnifsu (2 Tim 2:13); u ma jistax iwettaq inġustizzja (2 Kronaki 19:7). Għalhekk żgur li Alla se jkun ġust fil-kundanna tal-ħżiena; Alla huwa wkoll ġust fis-salvazzjoni tal-poplu tiegħu. Ma jistax sempliċiment jagħlaq għajn waħda u taparsi jinsa dnubietna biex ikun tajjeb magħna. Immaġina xena fil-qorti. Wieħed kriminal jinġieb quddiem imħallef. L-imħallef jisma’ x-xhieda u jeżamina sewwa l-provi kontrih. Jidher ċar li l-imputat huwa ħati ta’ ksur tal-liġi u li ħaqqu l-kastig. Madankollu fis-sentenza tiegħu l-imħallef jistqarr: ‘Inti ħati. Ħaqqek kastig. Imma jien irrid inkun tajjeb miegħek. Ma jimportanix x’tgħid il-liġi, jien se nilliberak. Tista’ tmur.’ X’naqbdu ngħidu fuq dan l-imħallef? Forsi li hu inkompetenti, korrot, inġust ... imma hu żgur li ma nistgħux ngħidu li hu mħallef tajjeb! Mhux iwettaq xogħlu kif imiss! Imma ejja nimmaġinaw li dan l-imħallef jikkundanna l-ħati u