Posts

Showing posts from September, 2013

L-Ilwien tal-Fidi

Image
Waqt konversazzjoni bejn it-tifel, meta kellu 5 snin, u ommu: John: Mamà, id-dinja sabiħa. Joanne: X’jogħġbok l-aktar fid-dinja? John: Il-kuluri! Lili wkoll jogħġbuni l-kuluri. Il-blu jfakkarni fil-baħar u s-sema, il-ħolqien meraviljuż t’Alla. L-iswed , fid-dnub li waqajna fih u d-dalma li ġab miegħu. L-aħmar , fid-demm li Kristu xerred għall-maħfra tad-dnubiet. L-abjad , fil-wegħda t'Alla li jaħfer lil dawk kollha li jduru lejh: "dnubietkom isiru bojod bħas-silġ" (Isaija 1:18). L-aħdar , ifakkarni fir-Ragħaj li joħroġ in-nagħaġ tiegħu jirgħu f’mergħat iħaddru. U fl-aħħar, jogħġobni  l-isfar , għax ifakkarni fil-kuruna dehbija ta’ Ġesú, is-Sultan tas-slaten. Iva, jogħġbuni l-kuluri kollha: l-aħmar, l-oranġjo, l-isfar, l-aħdar, il-blu, l-indigo u l-vjola ... għax il-qawsalla, bħal fi żmien Noè, tfakkarni fil-fedeltà t’Alla. Alla jwettaq il-wegħdi tiegħu. Jekk sabiħa d-dinja t’issa minkejja l-konsegweni koroħ li ġab id-dnub fuq il-ħolqien, kemm se tkun isb