Posts

Showing posts from December, 2013

Stedina minn Alla

Image
Ir-rigali li nagħtu lil xulxin u lit-tfal fiż-żmien tal-Milied għandhom jfakkruna fl-akbar għotja li Alla ta lill-umanità. Alla hekk ħabb lid-dinja li ta l-Ibnu l-waħdieni! Lilna lkoll Allla jistedinna nilqgħu lil Ibnu bil-fidi biex fih niksbu l-ħajja eterna.   "Intom li bikom l-għatx, ejjew għall-ilma;   intom ukoll li m'għandkomx flus.   Ejjew, ixtru u kulu b'xejn,   nbid u ħalib bla ħlas.   Għaliex taħlu fluskom f'dak li m'huwiex ħobż,   u ġidkom f'dak li ma jxebbax?   Isimgħu minni, u tieklu tajjeb,   u ruħkom titpaxxa b'ikel bnin.”   (Isaija 55:1, 2) Madankollu ħafna jibqgħu ma jixorbux mill-ilma tal-ħajja li Ġesù qed joffrina, u lanqas jieklu minnu, il-Ħobż ħaj, biex jissodisfaw ruħhom bih. Meta kont żgħir mhux dejjem kont nobdi lil ommi, imma meta kienet issejjħilna, ‘Ejjew kulu,’ bilkemm tkun laħqet spiċċat il-kelma li ma ssibnix bilqegħda mal-mejda. Kont tifel f’aptiti u kien jidher fija wkoll! Għalhekk ma nifhimx l-apatija