Posts

Showing posts from January, 2014

Fil-Bidu Alla

Image
  "Fil-bidu Alla..." Dawn huma l-ewwel kelmiet tal-Bibbja Mqaddsa. Jgħarrfuna l-oriġini tal-univers, u jagħtuna wkoll il-perspettiva tajba għal ħajjitna. Aktar ma jgħaddi żmien is-soċjetà Maltija qed issir aktar sekulari. Lil Alla qed nagħtuh il-ġenb. Naħsbu li nistgħu nirregolaw ħajjitna kif irridu aħna mingħajr ebda referenza għall-liġi t’Alla u mingħajr ma nfittxu l-għajnuna tiegħu. Naħsbu li bix-xogħol u l-għaqal tagħna nistgħu nagħmlu suċċess u nsolvu kull problema. Qed nidħku bina nfusna. Ma rridx nipponta subgħajja lejn is-soċjetà mingħajr ma nħares b’onestà lejja nnifsi. Jien nemmen f’Alla imma fil-prattika sikwit inġib ruħi qisni ateist. Mħabbat b’elf ħaġa, ġieli tgħaddi ġurnata sħiħa mingħajr ma naħseb wisq fih, qisu Alla ma jeżistix. Imma jien waħdi ma nista’ nagħmel xejn sew. Jien twelidt il-bieraħ; Alla kien fil-bidu, qabel il-ħolqien. Jien ma tajtx il-ħajja lili nnifsi; kien Alla li fil-bidu ħalaq is-sema li nara hemm fuq; kien hu li ħalaq l-art li nimxi fuqh