Posts

Showing posts from February, 2014

Ulied il-Missier

Image
Huwa veru li l-bnedmin kollha huma aħwa, u li lkoll għandna Missier wieħed? L-idea li Alla huwa Missier il-bnedmin kollha hija popolari llum, grazzi għall-kitbiet tat-teologi liberali tas-seklu dsatax. Imma xi tgħid l-Iskrittura fuq hekk? Aħna l-bnedmin lkoll ħolqien t’Alla u f’dan is-sens aħna lkoll nislu (Atti 17:28, 29). Mhux biss, Ġesù jgħallimna li aħna lkoll ġirien u proxxmu ta’ xulxin. Bħalma s-Samaritan it-Tajjeb għen lill-midrub minkejja li d-differenza fir-reliġjon u n-nazzjonalità, l-istess għandna nagħmlu aħna ma’ kullħadd. Fl-istess ħin l-Iskrittura tiddistingwi bejn dawk li huma l-poplu t’Alla u dawk li m’humiex; bejn wlied Alla u dawk li m’humiex. Skont l-Iskrittura dawk kollha li huma 'mingħajr Kristu'  huma 'mingħajr Alla fid-dinja' u 'barranin u għorba' fid-dar t’Alla (Efesin 2:12, 19). Fil-Vanġelu naqraw dwar xi Lhud li ma emmnux fi Kristu; dawn kienu jqisu li Alla hu missierhom. 'Aħna Missier wieħed għandna, Alla,' qalulu. Imm