Posts

Showing posts from April, 2014

Għaliex ħallejtni?

Image
Qatt ħassejtek waħdek u mwarrab minn kulħadd, saħansitra anki minn ħbiebek u qrabatek? Forsi ġew mumenti meta donnu Alla wkoll ħeba wiċċu minnek. Il-Mulej Ġesù esperjenza t-tbatija u l-waħx tas-solitudni bħalna u wisq aktar milli qatt ħassejna aħna. Fuq is-salib Ġesù talab, ‘Eli, Eli, lama sabaqtani?’ (Mattew 27: 46). Għajta aktar misterjuża u tal-biża’ qajla qatt ħarġet minn fomm ta’ bniedem. Qabel Ġesù kien qal, ‘Missier aħfrilhom’ – dan il-kliem nifhmuh faċilment għax jaqbel sew mal-qalb tajba tiegħu, anki ma’ dawk li jobogħduh. Imbagħad lill-ħalliel mislub ħdejh qallu, ‘Illum tkun miegħi l-Ġenna’ – dan ukoll nifhmuh għax jaqbel sew mal-ħniena u l-maħfra ta’ Ġesù għal dawk kollha li jindmu u jduru lejh. Mill-ġdid, lil Marija qalilha, ‘Mara, ara ibnek’ – ma setgħax jonqos li Ġesù jaħseb għal ommu biex wara t-tluq tiegħu jkollha min jieħu ħsiebha. Imma meta reġa’ fetaħ fommu kliemu kien karba ta’ uġigħ u tkexkix mill-aktar profond u diffiċli wisq biex nifhmuh. Ħafna sekl