Posts

Showing posts from May, 2014

Missier aħfrilhom

Image
Forsi ssibha iebsa taħfer li min joffendik? Tħossok irrabjat u mweġġgħa? Ersaq fid-dell tas-salib u tgħallem minn Ġesù ... "Meta waslu fil-post li jgħidlu l-Kalvarju, hemm sallbu lilu u lill-ħatjin, wieħed fil-lemin u l-ieħor fix-xellug. Imbagħad qal Ġesù, "Missier aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu" (Luqa 23:33, 34). Ma kiser ebda liġi. Ma kien għamlilhom ebda ħsara. Għamlilhom biss il-ġid. Xandrilhom l-evanġelju. Fejjaq il-morda tagħhom. Għallimhom jħobbu lil xulxin u ħabbhom sal-aħħar. Madankollu huma bagħduh, arrestawh, akkużawh falz, sawtuh, beżqulu f'wiċċu, għajjruh, neżżgħuh u sammruh ma’ salib! ‘Imbagħad,’ x’ġara, x’naqraw fil-Vanġelu? Forsi qalb Ġesù mtliet bl-imrar u l-mibegħda għall-għedewwa tiegħu? Forsi talab lill-Missier biex jeqridhom? Hu fetaħ fommu, imma minflok kelma ta’ saħta, ħarġet kelma ta’ ħniena, ‘Missier aħfrilhom!’ 'Imbagħad,' meta nkixfet il-kruha ta’ qalb il-bniedem, meta l-ħlejjaq refgħu idejhom fuq il-Mulej tal-