Posts

Showing posts from June, 2014

Storja ta' mħabba

Image
Ġesù kien jilqa’ għandu l-midinbin u jiekol magħhom. L-iskribi u l-Fariżej, nies reliġjużi kemm tridhom, ma ħadux gost. Skandalizzaw ruħhom bl-imġieba tiegħu. Għalhekk Ġesù qalihom tlett stejjer (Luqa 15). L-ewwel waħda dwar ragħaj li tilef nagħġa, mar ifittixha u feraħ meta sabha; it-tieni dwar mara li tilfet munita, kinset id-dar kollha, u meta sabitha stiednet il-ħbieb u l-ġirien biex jifirħu magħha; u t-tielet, l-istorja tal-missier li tilef lil ibnu u jifraħ qatigħ meta jiġi lura. Ejja nħarsu lejn din il-parabbola ftit aktar mill-qrib. IT-TIFEL IŻ-ŻGĦIR Mela kien hemm missier li kellu żewġt ulied. Iż-żgħir kellu l-wiċċ jistaqsi lil missieru jagħtih s-sehem tiegħu tal-wirt, u b’sorpriża aktar, il-missier tahulhu. Ftit wara t-tifel telaq mid-dar, u bil-flus fil-but, il-ġuvni għamel xalata sħiħa. Sakemm spiċċawlu. Ġie l-għaks fil-pajjiż. Ħbiebu telquh. Spiċċa f’għalqa jirgħa l-ħnieżer, mejjet bil-ġuħ. Meta ġie f’tiegħu, it-tifel ftakar li missieru kien raġel twajjeb, u għamel