Posts

Showing posts from August, 2014

Illejla ġej għandek

Image
L-għalliema tas- Sunday School kienet qed tirrakkonta l-istorja ta’ Żakkew, ir-raġel qsajjar li tela’ fuq siġra biex ikun jista’ jara lill-Mulej. “Ġesù qal lil Żakkew biex jinżel mis-siġra għax ried imur id-dar tiegħu,” qaltilhom. “Kieku intom x’kontu tgħidulu?” kompliet tistaqsihom. It-tifel tiegħi, John, weġibha, “Ngħidlu, ejja nurik fejn hi d-dar tagħna u ibqa’ magħna għal dejjem ta’ dejjem.” “Taf li tista’ tgħidlu jiġi ġo qalbek,” qaltlu, “u jgħix miegħek għal dejjem?” Il-Mulej Ġesù għadu jistieden lilu nnifsu biex jidħol f’ħajjitna. Hi ħasra li tant nies jinjorawh u jagħlqulu l-bieb. Imma għaliex? Għaliex ma jilqgħuhx f’qalbhom? Dawn huma xi wħud mir-raġunijiet li ħsibt fihom: Jaħsbu li huma tajbin biżżejjed u għalhekk m’għandhomx bżonn salvatur. M’għandhomx bżonn min “isibhom” ladarba m’humiex mitlufa - jew għallanqas hekk jimmaġinaw. Lill-Mulej ifittxuh biss meta jkollhom bżonnu, f’xi mard jew xi kriżi oħra, imma mill-bqija jgħaddu mingħajru. Ma jilqgħuhx għax m’