Posts

Showing posts from November, 2014

Il-Venerazzjoni tar-Relikwi

Image
Il-katekiżmu jirrikonoxxi l-venerazzjoni tar-relikwi bħala waħda mis-suriet tat-tjieba fost il-fidili (para. 1674). Għalkemm m’għandhomx popolari bħal ma kienu fi żminijiet medjevali, anke illum hawn Kattoliċi devoti li jfittxuhom. F’pajjiżna hawn mijiet ta’ relikwi esebiti fil-knejjes; xi wħud wkoll jingarru waqt il-purċissjonijiet. Ir-relikwi jistgħu jkunu biċċiet ta’ għadam, demm jew xi oġġett jew biċċa drapp li tkun messet mal-qaddis. Il-fidili jmissuhom u jbusuhom bit-tama li permezz tagħhom u l-interċessjoni tal-qaddis, Alla jagħtihom xi grazzja, fejqan jew miraklu. Lura lejn l-art Mhemm xejn ħażin li nżommu xi tifkiriet tal-maħbubin tagħna li ħallewna. Wisq nibża li l-venerazzjoni tar-relikwi tmur wisq aktar lil hemm minn hekk. L-għadam tal-mejtin għandhom jindifnu u mhux ikunu esposti għall-pubbliku. Fil-Bibbja naqraw ir-rakkont ta’ xi Lhud li waqt li kienu qed jidfnu raġel mejjet raw xi ħallelin ġejjin lejhom. Fl-għaġġla xeħtu l-katavru fil-qabar miftuħ, u kif dan mess