Posts

Showing posts from January, 2015

Jiġġeddu kull filgħodu

Image
Is-sena l-ġdida tagħtina tama li niġġeddu, naqilbu l-folja, u nibdew paġna ġdida. Imma fih innifsu ż-żmien li ġej ma jistax jerfa’ l-piż tat-tamiet tagħna. Is-sena hi ġdida, imma aħna u d-dinja li qed ngħixu fija m’aħniex se nkun aktar ġodda. Jekk xejn se nibqgħu nixjieħu u neqdiemu. It-tama ma tinstabx fis-sena l-ġdida. Lanqas ma tinstab fina nfusna jew fis-saħħa ta' ġisimna. Fejn mela nistgħu nsibu tama ġenwina li ma tiddiżappuntanhiex? L-Iskrittura tistedinna nħarsu lejn Alla etern, li jsostnina u jġeddidna bil-grazzja tiegħu, kif naqraw:      Il-ħniena tal-Mulej bla tmiem; tjubitu ma tonqos qatt.      Jiġġeddu kull filgħodu, kbira l-fedeltà tiegħek.                                          Biki ta' Ġeremija 3:22-23.  Il-Mulej hu nixxiegħa ta’ ilma frisk li ma tinxef qatt; mingħandu nibqgħu ta’ kuljum nirċievu ħniena u tjieba. Bħalma titla’ x-xemx u ddawwal id-dinja wara d-dalma tal-lejl, hekk ukoll il-Mulej ta' kuljum iġedded imħabbtu lejna li nafdaw fih. Għalhekk