Posts

Showing posts from April, 2015

Għandi l-għatx!

Image
Din il-kelma, "Għandi l-għatx," tagħti xhieda tal-umanità u t-tbatija ta’ Kristu. Tassew, Ġesù hu l-Iben Etern t’Alla, imma daqshekk ieħor hu veru li Ġesù sar ukoll bniedem, u esperjenza l-għatx, it-tbatija u l-uġigħ bħalna. Kien ilu madwar sitt sigħat espost u mdendel mal-għuda tas-salib. Ma kien xorob xejn. Tilef ħafna demm. Kien wasal fit-tmiem. Qabel għajjat l-aħħar kelma, "Kollox mitmum," u afda ruħu f'idejn il-Missier, Ġesù lissen il-kelmiet, "Għandi l-għatx." Ġabulu ftit ilma mħallat bil-ħall fi sponża u resquhulu lejn xofftejh. Matul il-ministeru pubbliku, Ġesù kien stqarr li "min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx; l-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta' dejjem" (Ġwanni 4:13). Mhix ironija li issa fuq is-salib hu stess għandu ħalqu u xofftejh xotti? Dak li ħalaq l-ilmijiet issa jittallab għall-ilma! Hekk kien meħtieġ biex jikseb is-salvazzjoni tagħna! Kellu ji