Posts

Showing posts from June, 2015

Min fejn se ngħaddi?

Image
Il-Mulej Ġesù qalilna x’għandu jkun l-iskop ta’ ħajjitna: "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi." Li mmorru għand il-Missier - dan għandu jkun l-għan tagħna. Aħna maħluqin biex nagħrfu ‘l Alla, induqu l-imħabba ħelwa tiegħu u nitgħaxxqu bis-sbuħija tiegħu, issa u dejjem. Ġesù qalilna wkoll kif nilħqu l-iskop ta’ ħajjitna. "Jiena hu t-Triq." Nistgħu naslu għand il-Missier permezz tiegħu. Ġesù jinsisti li hu biss it-triq, li ħadd ma jmur għand il-Missier ħlief bih. Dan il-kliem ma jdoqqx f’widnejn is-soċjetà moderna. Ċertu wieħed ħassieb, Ramakrishna Paramahamsa, jesprimi l-idea popolari li bħalma bniedem jista’ jitla’ fuq il-bejt ta’ dar permezz ta’ sellum, taraġ jew ħabel, hekk ukoll hemm diversi toroq li jwasslu għand Alla, u kull reliġjon turi waħda minn dawn il-mezzi. Ramakrishna forsi jirnexxielu jitla’ fuq il-bejt bil-ħabel. Hemm fuq jiltaqa’ ma’ reliġjużi oħra li jaħsbuha bħalu, iżda m’Alla jiltaqa’? A