Posts

Showing posts from July, 2015

X’jifridni minn Alla?

Image
X’iżomm il-bniedem milli jgawdi t-tjieba t’Alla? Għalfejn ħafna jibqgħu 'l bogħod minnu? L-Iskrittura tweġibna b’kelma waħda: id-dnub!  "Ħżunijietkom firdukom minn Alla tagħkom, u dnubietkom ħbewlu wiċċu minnkom" (Isaija 59:2). Id-dnub jifred il-bniedem minn Alla, issa u fl-eternità. Aħna l-bnedmin għandna obbligu nobdu u nweġġħu lill-Ħallieq tagħna. Wara kollox hu għamilna u qed iżommna ħajjin. Imma fil-fatt sikwit ninjorawh, nonqsuh u nisfidawh. Id-dnub jieħu forma ta’ azzjonijiet ħżiena bħal gideb, qtil, serq u żena. Id-dnub huwa wkoll attitudni fil-qalb bħall-għira, suppervja, kburija, rebgħa u ipokrezija. Hu x’inhu, kull dnub hu offiża kontra Alla, il-ksur tal-liġi tiegħu, u jġib fuqna toqol ta' ħtija u l-korla tiegħu. Għandna ħabta nċekknu d-dnub u nippretendu li m’aħniex daqshekk ħżiena. Alla jara l-azzjonijiet ħżiena kif ukoll l-attitudni mħassra moħbija f'qalbna. Min joqtol u jagħmel adulterju ħaqqu il-kundanna; imma Ġesù jgħidilna li daqshekk ieħ