Posts

Showing posts from August, 2015

X’ifisser is-salib?

Image
Ġesù biss iħabbeb il-midneb m’Alla. Hu waħdu s-Salvatur. Imma kif, b'liema mezz ġab ir-rikonċiljazzjoni? It-tweġiba tal-Iskrittura hi sorprendenti: "Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b'demmu, nsalvaw permezz tiegħu mill-korla t'Alla!"  (Rumani 5:8-9). Ħalli niffokaw fuq il-frażi ‘ġġustifikati b'demmu’. Il-Bibbja ssejjaħ ‘ġustifikati’ lil dawk li jemmnu fi Kristu, jiġifieri Alla jgħoddhom bħala ġusti u jeħlishom mill-kundanna. Din hi l-Aħbar it-Tajba! Kif jista’ Alla jqis lill-Insara ġusti ladarba mhumiex bla ħtija? Bħall-bnedmin kollha, min jaf kemm-il darba jiksru il-liġi t’Alla! Madankollu, minkejja li jibqgħu jiżbaljaw, Alla jiddikjarahom ġusti u jeħlishom minn kull kastig. Ladarba kisru l-liġi, ma kienx messu Alla jikkundannhom u jikkastigahom? Mhux hekk għandu jagħmel Alla biex ikun tassew Imħallef ġust u rett? Mhux biss, meta jgħid li ‘aħna ġġustifi