Posts

Showing posts from November, 2015

Il-Mulej Ġesù u Jien

Image
“Min jgħidu n-nies illi jien, Bin il-bniedem, jien?” (Mt 16:13). Meta Ġesù staqsa din il-mistoqsija, l-appostli wieġbuh li n-nies kienu jemmnu li hu profeti. Illum ukoll ħafna jqisuh bħala għalliem reliġjuż kbir. Madankollu Ġesù ma jilqax 'tifħir' bħal dan. “Iżda intom,” sfida lid-dixxipli u lil dawk li jsejħu lilhom infushom Kristjani, “min tgħidu li jien?” (Mt 16:15). Ħaddieħor għandu opinjoni fqira  tiegħu iżda int x’taħseb fuqu? Ħabib, qatt staqsejt bis-serjetà min hu Ġesù ta’ Nażaret u x’sinifikat għandu għal ħajtek? Id-destin tiegħek jiddependi fuq it-tweġiba u r-relazzjoni tiegħek miegħu. Il-Bibbja twissina li “dak li jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem, u dak li ma jemminx fl-Iben ma jarax il-ħajja, iżda għadab Alla jgħammar fuqu” (Ġw 3:36). Għalhekk inħeġġek taqra b’attenzjoni u b’attitudni ta’ talb dan l-ktejjeb li jiġbor fil-qosor it-tagħlim tal-Bibbja dwar il-Mulej Ġesù Kristu, għax l-Iskrittura, qal hu, “tagħti xhieda tiegħi” (Ġw 5:39). Jalla din