Posts

Showing posts from December, 2015

Nagħtikom is-Sliem Tiegħi

Image
Il-paċi li jagħtina Kristu hi ġenwina u tibqa’; il-paċi tad-dinja hi superfiċjali u ma sservix. Ġesù ma ġiex fid-dinja biex iġib paċi politika bejn il-ġnus. Minkejja l-isforzi kollha l-bnedmin jibqgħu ma jsibux paċi dejjiema bejniethom. Id-dinja li tiċħad lil Prinċep tal-paċi hi destinata li tgħix mingħajr paċi. Ġwerer kien hawn, gwerer hawn issa, u ġwerer se jibqa’ jkun hawn sal-aħħar. Ibda bil-ġlied bejn il-membri tal-istess familja u spiċċa fil-gwerer bejn il-ġnus, il-konflitti mhux se jonqsu sakemm f’qalb il-bniedem jibqgħu jirrenjaw il-ħażen, l-għira u l-mibgħeda. Id-dixxipli ta’ Kristu m’humiex esenti minn dan l-inkwiet. Sikwit jinqabdu fil-ġlied madwarhom għalkemm huma jagħmlu minn kollox biex jgħixu fil-paċi ma kulħadd. Mhux biss, huma jlaqqtu fuq rashom aktar minn ħaddieħor minħabba l-lealtà tagħhom lejn Kristu. Hekk kif id-dinja ma laqgħetx ‘l Iben t’Alla meta ġie fostna, l-istess tagħmel lid-dixxipli tiegħu. Avolja m’għamel xejn għajr ġid lil għajru, Kristu kien mwarra