Posts

Showing posts from March, 2016

Lil Ommi

Image
Ommi kienet mara għaqlija, bieżla u fuq kollox kellha qalb kbira. Sa minn ċkunitha ddedikat ħajjitha għall-qadi ta’ ħaddierħor. Ħabbet lil żewġha. Rabbiet lili u lil ħuti b’tant sagrifiċju, ħlewwa u għożża. Illum ommi m’għadhiex magħna. Jibqgħu biss it-tifkiriet sbieħ u l-gratitudni ta’ wlieda għall-ħidma, l-eżempju u l-imħabbha tagħha. Meta għidt lit-tifel li n-nanna mietet, John staqsieni: “Papà, qed tibki?” Iva, ibni, nibki. Id-dmugħ hu sinjal tad-dieqa li ġgib magħha l-firda. Fl-istess ħin id-dmugħ ma jfissirx disprament imma huwa wkoll l-espressjoni ta’ ferħ u tama. Ommi emmnet u afdat ruħha f’idejn ir-Ragħaj it-Tajjeb, il-Mulej Ġesù Kristu, u imxiet warah. Hu ħa ħsiebha matul ħajjitha, kien magħha dejjem, imqar fil-wied ta’ dell il-mewt, u wassalha fl-hena ta’ Dar il-Missier. Nifraħ, iva, għax bħal ma qalet binti Elizabeth, “In-nanna marret ħdejn Ġesú.” Għad jasal il-jum li int u jien irridu nitilqu wkoll. Dak kollu li huwa tad-dinja – il-ġid materjali, flus, il-possess