Posts

Showing posts from April, 2016

Is-sbuħija ma niflaħhiex!

Image
Il-filosfu Albert Camus kiteb, “Is-sbuħija ma niflaħhiex, twassalna biex niddispraw, għax għal minuta toffrilna titwila fuq eternità li nixtiequ nġebbdu għal tul iż-żmien kollu.” Għaliex Camus jgħid li ma jġerraħx is-sbuħija? Kieku kiteb li ma jiflaħx għall-mard, jew għat-tbatija, jew għall-inġustizzja, konna nifhmuh mill-ewwel. Imma l-ħassieb jiddispra quddiem s-sbuħija! Aħna wkoll nafu xi ħaġa minn dan il-konflitt. Is-sbuħija ta’ warda huwa għal waqt wieħed; fi ftit jiem titbiel u tinxef. Ix-xjuħija m’għandhiex ħniena mis-sbuħija u s-saħħa taż-żgħożija. Anke l-isbaħ relazzjonijiet umani – l-għożża u l-imħabba tar-raġel għal martu, u tal-ġenituri ma’ wliedhom – dawn ukoll jiġu fi tmiemhom. Din hi d-dilemma tagħna. Għax aħna ma rriduhomx jintemmu! Irridu nħaddnu magħna s-sbuħija għal dejjem, iżda l-mewt toftomna minn dak li ngħożżu u jferraħna. Is-sbuħija kienet tkun assurda u krudili li ma kienx għall-ġrajja li seħħet fl-Għid. Il-qabar vojt jnissel tama. Il-laqgħa ma’ Ġesù ħaj tagħ