Posts

Showing posts from September, 2016

Sliem Għalik Mimlija bil-Grazzja

Image
Il-grazzja hija t-tema li tiddomina l-messaġġ evanġeliku. Alla jbierek il-bnedmin, mhux għax jistħoqqilhom, imma għax hu twajjeb, ħanin u ġeneruż. Tfixklet mhux ftit Marija meta l-anġlu sellmilha bil-kliem, "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek" (Luqa 1:28). Għaliex kienet mimlija bil-grazzja? X’kien il-favur speċjali li Alla wera magħha? Gabrijel malajr spjegalha li hi kienet sabet grazzja quddiem Alla għax kellha tiled tifel, li huwa l-Iben t’Alla, il-Messija. L-istess kelma tradotta “mimlija bil-grazzja” tidher darba oħra biss fit-Testment il-Ġdid. Fl-epistola lill-Efesin l-Appostlu Pawlu jelenka l-barkiet kotrana li l-Insara jgawdu minn Alla fosthom l-addozzjoni bħala wlied Alla, il-fidwa u l-maħfra tad-dnubiet. U dan kollu “għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, li biha (bil-grazzja) mliena fil-Maħbub tiegħu” (Efesin 1:6). L-Insara huma mimlija bil-grazzja! Għaldaqstant huma ma jedhewx jfaħħruh għall-grazzji tiegħu li fawwar fuqhom b’tant ġene