Posts

Showing posts from October, 2016

Il-Bieb tas-Sema

Image
Meta kont għadni daqsxejn ta’ tifel, kull filgħaxija konna ninġabru bħala familja biex ngħidu r-rużarju. Wara l-ħames posti, konna ngħidu s-Salve Reġina, xi talb ieħor u fl-aħħar nispiċċaw bil-litanija. Ġieli konna ngħiduha bil-Latin, u daqqiet oħra bil-Malti - sakemm xi ħadd minna t-tfal ma kienx jibda jongħos! Il-litanija għandha storja twila tmur lura ħafna sekli. Tikkonsisti f’lista twila ta’ invokazzjonijiet lil Marija taħt titli differenti, u wara kull waħda konna nwieġbu, ‘Ora pro nobis’ – ‘Itlob għalina.’ Xi wħud mit-titli Marjani jinkludu dawn li ġejjin: Bieb tas-sema Kewkba ta’ filgħodu Saħħa tal-morda Kenn tal-midinbin Faraġ għall-imnikktin Għajnuna tal-Insara Kemm hi viżjoni eżaltata ta’ Marija! Mhux ta’ b’xejn li kont inħares lejha għall-ħtiġijiet fiżiċi u spiritwali tiegħi, kif jagħmlu miljuni ta’ Kattoliċi mad-dinja kollha. Ladarba hi l-bieb, kont nittama li wara l-mewt nidħol il-Ġenna permezz tagħha. Kif jgħid San Luigi de Montfort, li ‘permezz tagħha Ġe