Posts

Showing posts from November, 2016

Imorru l-ġenna in-nies tajba?

Image
Dan l-aħħar rajt poster fuq facebook li kien jgħid hekk, “In-nies tajba ma jmorrux il-ġenna imma l-midinbin maħfura” (Good people do not go to heaven – forgiven sinners do). Ħafna għamlu ‘like’ u ‘share’ u kitbu ammen u kummenti ta’ approvazzjoni għal din l-istqarrija interessanti. Problema waħda nara: din l-istqarrija hi falza. Forsi dawk in-nies li xxerjawha ħasbu li qed iwasslu l-evanġelju tal-grazzja. Imma dak il-kliem mhux l-evanġejlu veru. Huwa ‘vanġelu’ ieħor, perverżjoni qarrieqa li jwassal għat-telfien ta’ dawk kollha li jsegwu ereżija bħal din. Fejn, nistaqsi, għandhom imorru in-nies tajba? Għaliex għandu Alla jikkundanna nies tajba u jibgħathom l-infern? Żgur mhux għax huma tajbin! Ma jagħmilx is-sewwa l-Imħallef tal-art kollha? Qaddej tajjeb Fl-Iskrittura naqraw messaġġ għalkollox differenti minn dak il-poster. L-appostlu li b’tant saħħa xandar il-ġustifikazzjoni għal dak li “bla ma jagħmel opri, jemmen lil Alla” (Rumani 4:5), fl-istess epistola jwissina li Alla