Posts

Showing posts from January, 2017

Marija turi l-ħniena t’Alla

Image
Għalfejn xi wħud jippreferu jitolbu lil Marija u l-qaddisin fis-sema aktarx milli jitolbu ‘l Alla? Forsi għax jaħsbu li Alla huwa mbiegħed, aħrax jew imqit? Marija stess tfarrak biċċiet din l-immaġni grotteska u idolatruża t’Alla. Hi tassigurana li “l-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu” (Luqa 1:50). Alla hu ħanin. Alla hu ħanin f’kull żmien, anki fi żmienna. Il-ħniena tiegħu tilħaq lilna wkoll. Marija twissi li Alla jxerred lill-kburin f’qalbhom filwaqt li jgħolli liċ-ċkejkin, lil dawk li jibżgħu minnu. Dawn jafu li ma jistħoqqilhom xejn għajr l-għadab u l-kastig tiegħu. Jibżgħu minn Alla għax jagħrfu kemm hu kbir, qaddis, ġust u majestuż. Għalhekk jiġu għandu b’umiltà, rispett u qima. Fl-istess waqt huma jemmnu li Alla huwa twajjeb u għalhekk jagħmlu kuraġġ u jersqu lejh. Il-kunfidenza tagħhom hi msejjsa fuq l- konvinzjoni sħiħa li Alla huwa ħanin. Alla qatt ma warrab imqar bniedem wieħed li talbu ħniena. Marija tixhed għat-tjieba u l-ħlewwa t’