Posts

Showing posts from March, 2017

Is-sawm u t-tpattija għad-dnubiet

Image
Il-Bibbja tgħallem li l-Insara għandhom isumu. L-Imgħallem Ġesù kien isum, u għallem id-dixxipli tiegħu kif għandhom isumu. Bis-sawm u t-talb ulied Alla jesprimu l-indiemu u l-ħerqa li jfittxu l-għajnuna u l-favur t’Alla. Il-Knisja Kattolika wkoll tinkoraġġixxi s-sawm u l-astinenza, speċjalment fi żmien ir-Randan. Fost id-diversi raġunijiet għas-sawm, il-Knisja tgħallem li l-penitenzi għandhom isiru bi tpattija għal dnubietna. Dan it-tagħlim jinkwetani. L-Iskrittura ma tgħallimx li dnubietna jitpattew bis-sagrifiċċji tagħna jew xi ħaġa oħra li nagħmlu aħna. Barra minn hekk dan it-tagħlim jostor is-sinifikat tal-mewt ta’ Kristu fuq is-salib. L-Iskrittura tgħallimna li l-Iben t’Alla sar bniedem bħalna biex ikun il-Qassis il-Kbir u “biex ipatti għal dnubiet il-poplu” (Lhud 2:17). L-istess jgħid l-Appostlu San Ġwann, “hu jħallas għal dnubietna”; Alla ”bagħat lil Ibnu biex ikun ta' tpattija għal dnubietna”; “id-demm ta' Ġesù Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub (1 Ġwanni 2:2; 4:1